“Nilqa’ L-Progress Fl-Investigazzjonijiet […] Iżda L-Ġlieda Għall-Verità Trid Tkompli” – Il-Kummissarju Ewropew Għall-Ġustizzja
Wara laqgħa li kellu mal-Ministru Edward Zammit Lewis, il-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja, Didier Reynders, qal li qiegħed jilqa’ l-progress li sar fil-każ tal-qtil tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia. Permezz ta’ Twitter, huwa qal li jilqa’ l-iżviluppi riċenti fil-każ ta’ dan l-omiċidju, iżda saħaq li jeħtieġ li l-ġlieda għall-verità tibqa’ għaddejja.
Good meeting with 🇲🇹 Minister @ZammitLewisEdw on the speed-up of the preparations for @EUProsecutor and the next steps in the justice reforms.
I welcome the progress made in the investigations of the murder of Daphne Caruana Galizia, but the fight for the truth must continue. pic.twitter.com/drK5XiWlez
— Didier Reynders (@dreynders) February 26, 2021