Pete Buttigieg Uffiċjalment Parti Mill-Kabinett Ta’ Biden – Responsabbli Mis-Settur Tat-Trasport

 Pete Buttigieg Uffiċjalment Parti Mill-Kabinett Ta’ Biden – Responsabbli Mis-Settur Tat-Trasport

Aktar kmieni illum, it-Tlieta 3 ta’ Frar 2021, Pete Buttigieg, ta’ dixxendenza Maltija, ġie approvat mis-senat bħala Segretarju responsabbli mit-trasport fil-kabinett ta’ Joe Biden. Huwa ġie approvat b’vot ta’ 86-13.

“Inħossni onorat u umiljat bil-vot tal-lum fis-senat – u lest biex nibda naħdem”, qal Buttigieg permezz ta’ Twitter ftit wara li ġie kkonfermat bħala Segretarju tat-Trasport.

Pete Buttigieg se jkun responsabbli minn 55,000 impjegat f’dan id-dipartiment u se jkun qed jaħdem b’baġit ta’ biljuni ta’ dollari sabiex iħares u jtejjeb l-infrastruttura u s-servizzi tat-trasport tan-Nazzjon.

Dan ifisser li Buttigieg huwa l-ewwel persuna omosesswali b’mod apert li qed tifforma parti mill-Kabinett fl-istorja tal-Istati Uniti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com