Philip Farrugia u Ishmael Barbara jingħataw il-‘badge’ bħala referees ġodda tal-FIFA
F’ċerimonja t-Tnejn filgħaxija ġew ppreżentati l-‘badges’ tal-FIFA lir-referees fuq il-panel għal din is-sena.
Philip Farrugia u Ishmael Barbara ħadu post Fyodor Zammit u Alan Mario Sant, dan tal-aħħar irtira hekk kif ġie promoss bħala Chairman fil-Kumitat tar-Referees.
Matthew Degabriele u Trustin Farrugia Cann ġew konfermati fuq l-istess lista prestiġġjuża bħala referees tal-FIFA wara li kellhom il-‘badge’ anke s-sena li għaddiet.
Konfermati kollha t-tmien Assistant Referees fuq il-panel tal-FIFA, dawn huma Alan Camilleri, Christopher L. Francalanza, Luke Portelli, Mitchell Scerri, Edward Spiteri, Jurgen Spiteri, Duncan Sultana u Roberto Vella.
Clinton Mario Cassar u għall-ewwel darba Stephen Vella huma l-FIFA Futsal Referees għal din is-sena, magħhom preżentati ukoll bil-‘badge’, din id-darba bħala FIFA Beach Soccer Referees, Pierre Bonnici u Jonathan Mallia.