Poġġew 300 Xemgħa Fit-Taraġ Ta’ Kastilja Biex Ifakkru Lil Dawk Li Mietu Bil-Covid-19
Il-fergħa ‘TeamStart’ sellmu lil 300 vittma tal-Covid-19 billi poġġew 300 xemgħa li tirrappreżenta lil kull persuna li mietet, fit-taraġ ta’ Kastilja.
Il-President tal-fergħa taż-żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista ta’ bejn l-14 u t-18-il sena, Eve Borg Bonello, qalet li Team Start tirikonoxxi lill-vittmi ta’ din it-traġedja u saħqu li mid-dehra kienet parti mir-roadmap tal-Gvern fil-ġlieda kontra l-Covid-19 li jkunu ssagrifikati għall-ekonomija.
“Din mhux ħlief barbarità mistura f’lewn il-flus,” qalet il-President ta’ Team Start.
Iż-żgħażagħ preżenti osservaw minuta silenzju għal dawn it-tliet mitt raġel u mara.
Ritratt: Net News