Qal Lill-Għarusa, “Fuq Il-Mejda Ħallejt Xi Dokumenti Importanti Tal-Bank… Tmisshomx”

 Qal Lill-Għarusa, “Fuq Il-Mejda Ħallejt Xi Dokumenti Importanti Tal-Bank… Tmisshomx”

Alex Debono kiteb fuq Facebook dwar inċident li kellhom ilbieraħ. Jidher li qabel ħareġ għax-xogħol huwa avża lill-għarusa tiegħu li kellu xi dokumenti importanti tal-bank fuq il-mejda u qalilha sabiex ma tmisshomx. Wara t-tmien sigħat tax-xogħol, x’ħin irritorna lura d-dar, sab dawn l-istess dokumenti f’mitt biċċa, u mill-ewwel assuma li l-ħatja ta’ dan jidhru fl-istess ritratt.

Din il-post nisslet tbissimha fuq fomm eluf ta’ persuni li jsegwu l-paġna Rubs Puppy fuq Facebook. Ħaġa waħda hi żgur, li kif tara dawk il-par għajnejn iħarsulek bil-ħniena ma jtikx li tirrabja magħhom.

StradaRjali.com tkellem ma’ Alex Debono fejn bi tbissima qal li permezz tas-CCTV irnexxielhom jiskopru minn miż-żewġ t’iklieb huwa l-“ħati”.

Kważi sentejn ilu dan l-istess kelb kien kiseb il-popolarità wara li rnexxielu jsib mutur li kien ġie misruq. Waqt li kien barra għal mixja f’għalqa f’Birkirkara ma’ sidu, dan il-kelb beda jxomm roqa kbira ta’ ħaxix filwaqt li beda jiġbed lil sidu lejn dan il-ħaxix. Meta sidu, Alex Debono, mar jara x’kien hemm huwa sab il-mutur tac-chef Daniel Grech, li kien ilu nieqes għal diversi jiem wara li nsteraq. 


Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com