Qassis Żejtuni Ta’ Qalb Tajba Wettaq Missjoni Valida Għal Dejjem…

 Qassis Żejtuni Ta’ Qalb Tajba Wettaq Missjoni Valida Għal Dejjem…

Ftit aktar minn 25 sena ilu, qassis Żejtuni mogħni b’ qalb tajba ta’ daru u dar ħutu u dak kollu li kellu lill persuni b’diżabbilta’. Fi kliemu stess kien għamel qabża fid-dlam imam dak li kellu jkun għall ftit persuni illum kiber u qed jagħmel ħafna ġid ma’bosta persuni b’diżabbilta intelletwali u fiżika.

Nhar it-8 ta’ Settembru, 1995, Dun Anġ Seychell kien laqa’ jgħix miegħu fid-dar li twieled u għadu jgħix fiha l-ewwel ħames persuni bi bżonnijiet speċjali. Kunċett li niżel tajjeb ħafna ma’ familji li kellhjom qraba b’diżabbilta’ u li l-preokkupazzjoni tagħhom kienet min se jkun qed jieħu ħsieb uliedhom meta huma ma jkunux jifilħu aktar jew inkella jkunu mietu.

L-ewwel dar kibret f’ħakka t’għajn għall għaxar persuni u aktar tard infetħu żewġt idjat oħra. Illum Fondazzjoni Nazareth għandha l-massimu tar-residenti li tista tieħu u għaddejja b’ħidma sabiex tilqa fi ħdana aktar persuni li jitolbu l-għajnuna tagħha. Bħalissa wkoll tinsab għaddejja minn rinovazzjoni tad-djar tagħha biex kull persuna li tgħix fid-djar tagħha jkollha ambjent sabiħ u dinjituż skont il-ħtieġa.

Nhar il-Ħadd 28 ta’ Frar Fondazzjoni Nazareth se tkun qed terga’ ittella’ l-maratona televiziva “ Bis-Saħħa ta’ Kulħadd” biex waqt xandira ta’ 12–il siegħa jinġabru biżejjed fondi li jgħinu sabiex mhux biss jintlaħqu l-miri neċċessarji imam fl-istess waqt itaffi wkoll xi ftit mill-ispejjeż bla preċedent li laqqgħetha magħha l-pandemija Covid-19.

Int ser ikollok iċ-ċans li terġa’ tgħin biex aktar persuni jkunu jistgħu jgħixu ħajja ħienja u dinjituża fil-kommuità.

Illum, Dun Anġ Seychell għandu 87 sena u huwa ġest mill-isbaħ li wieħed jara il-ħolma ta’ dan is-saċerdot tant sempliċi mhux biss tikber bħall warda imma wkoll twarrad u  tagħti żarsien , kura u dinjita lill persuni vulnerabbli.

Inħeġġu sabiex “ BIS-SAĦĦA TA’ KULĦADD” inkunu qed ngħinu lill dawn ħutna vulnerabbli.

Fondazzjoni Nazareth hija mmexxija minn Bord ta’ Diretturi fuq bażi volontarja taħt il-Presidenza tal-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com