Qatel Il-Kelba Billi Tefagħha Għoli Żewġ Sulari

Kevin Spiteri ġie mixli li fid-19 ta’ Settembru li għadda, qatel il-kelba billi tefagħha minn għoli ta’ żewġ sulari. Hu ammetta quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech li ddeskriviet dan l-aġir bħala wieħed kattiv u krudili.
Tenniet li azzjonijiet ta’ din ix-xorta jneżżgħu lill-bniedem minn kull mod ta’ umanità.
Madanakollu, ikkunsidrat li l-persuna kien ħa pilloli kontra d-dipressjoni.
B’hekk ordnat li hu ma jżommx aktar klieb filwaqt li ħeġġet lill-Gvern jieħu nota dwar il-liġi eżistenti biex f’każ simili, din tkun infurzata.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Melvyn Zammit.