“Qatgħa Kbira… L-Ajruplan Waqaf Fi Ftit Sekondi…”

Ftit jiem ilu, l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Vatikan tella’ post fuq facebook jiddeskrivi qatgħa kbira li għadda minnha meta tela’ fuq l-ajruplan biex jiġi lura Malta.
Tenna li malli l-ajurplan beda l-ġirja tiegħu sabiex jinqata’ mill-art, ħassew ħoss kbir ġej min-naħa tax-xellug. “Jien ħsibt li kienu sploduti r-roti tax-xellug. Il-bdot kien bravu li kkontrolla s-sitwazzjoni kollha.”
L-ajruplan waqaf fi ftit sekondi u nstaq bil-mod fil-ġenb tal-mitjar, qal Zammit fejn ftit wara, il-Kaptan avża li xi għasafar daħlu fil-jet tax-xellug u t-titjira ma setgħetx titkompla.
Saret ħsara konsiderevoli iżda waslu Malta qawwijin u sħaħ.