Qed Tħossuha L-kesħa Fina Hux?

Xi korrispondenti tal-paġna It-Temp Madwarna, li tikkollabora spiss ma’ Stradarjali.com, staqsew għaliex ma tagħmilx xita meta r-riħ ikun qed jonfoħ mit-Tramuntana.
Kif tistgħu taraw mill-animazzjoni mibgħuta mis-satellita tat-temp, taħt Sqallija mhux jifforma sħab tax-xita bħall-inħawi tal-madwar.
Dan il-fenomenu jseħħ minħabba li l-gżira ta’ Sqallija qed timblokka l-influssi li ġejjin min-naħa ta’ fuq u m’hemmx biżżejjed ‘sea track’ biex jilħaq jiżviluppa s-sħab tax-xita. Għaldaqstant kull meta r-riħ jonfoħ mit-Tramuntana, il-gżejjer Maltin ikunu f’dak li jissejjaħ ‘rain shadow’ u t-temp ikun kważi dejjem bnazzi, ċar, xott u kiesaħ!

Ritratt miġbud ilbieraħ minn Wied il-Qlejgħa fil-limiti tar-Rabat, grazzi għal Brian Mifsud
