Raġel Jaqla’ Daqqiet Ta’ Sikkina F’Argument F’Pembroke

 Raġel Jaqla’ Daqqiet Ta’ Sikkina F’Argument F’Pembroke

Raġel mis-Senegal ta’ 24 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument ma’ raġel ieħor f’Pembroke u qala’ daqqiet ta’ sikkina.

Kien għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ dalgħodu meta l-Pulizija ġiet infurmata li fi Triq Sir Adrian Dingli, kantuniera ma’ Triq Graziella, kien hemm persuna feruta.

Il-Pulizija waslu fuq il-post flimkien ma’ tim mediku, li ħa lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura. Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li r-raġel kien involut f’argument ma’ raġel ieħor fejn allegatament sofra daqqiet ta’ sikkina.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet u bit-tfittxijiet għall-aggressur.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com