Rapport Tal-UN Jgħid Li L-Użu Ta’ Xokkijiet Elettriċi Fuq Tfal Omosesswali Fl-Iran Huwa Tortura

 Rapport Tal-UN Jgħid Li L-Użu Ta’ Xokkijiet Elettriċi Fuq Tfal Omosesswali Fl-Iran Huwa Tortura

Rapport tal-Ġnus Magħquda li ħareġ aktar kmieni din il-ġimgħa, dwar kwistjonijiet relatat mad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika tal-Iran, fih sejbiet xokkanti.

Fost l-oħrajn ir-rapport jgħid li dan l-Istat impona tortura elettrika fuq tfal lesbjani, omosesswali, bisesswali u transesswali.

Ir-Rapporteur Speċjali tal-UN għar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, Javaid Rehman, kiteb li jinsab “imħasseb dwar rapporti li tfal lesbjani, omosesswali, bisesswali u transesswali kienu soġġetti għal xokkijiet elettriċi u l-amministrazzjoni ta’ ormoni u mediċini psikoattivi qawwija”.

Qed jiġi ddikjarat li dawn il-prattiċi huma tortura u trattament krudili, inuman u degradanti, u li jiksru l-obbligi tal-Istat skont il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com