Rebħa Għal Birkirkara u Draw Bejn Floriana u Sta. Lucia

Fl-ewwel logħba tal-Ġimgħa filgħaxija, Birkirkara FC għelbu lil Żejtun Corinthians 3 – 0 biex b’hekk kompliet is-sensiela ta’ riżultati pożittivi tal-stripes. Birkirkara FC fil-vantaġġ permezz ta’ Alex Lecao fil-13 il-minuta biex umbad Caio Henrique fil-57 minuta għamel l-skor 2 – 0. Fil-82 minuta Caio Henrique skorja t-tielet gowl għal skor finali ta’ 3 – 0.
Fit-tieni partita draw ta’ 1 – 1 bejn Floriana u Santa Lucia. Kien l-greens li marru fil-vantaġġ fil-32 minuta permezz ta’ wieħed mill-akkwsiti l-ġodda ta’ Jannar Adriano Louzada bl-ewwel taqsima tagħlaq 1 – 0. Santa Lucia ġabu d-draw permezz tas-solitu Kevin Rosero fil-66 minuta.
Ritratt: MFA