RITRATTI: Atmosfera Ħelwa Fil-Belt Valletta B’Attivitajiet ‘Pop-Up’ Għall-Karnival
Matul il-jum tas-Sibt il-Valletta Cultural Agency tellgħet attivitajiet pop-up li jirrispettaw ir-restrizzjonijiet tal-Covid-19 iżda li jagħtu atmosfera aktar ħajja lill-Belt Valletta f’dawn il-jiem li ssoltu jkunu miżgħuda bin-nies u l-briju tal-karnival.
“Pruvajna npoġġu tbissima fuq fomm in-nies”, qalu rappreżentati ta’ VCA ma’ StradaRjali.com.
VCA tibqa’ mpenjata li tirriġenera l-Belt Valletta permezz ta’ bosta avvenimenti kulturali matul is-sena kollha.
Ir-ritratti t’hawn taħt jixhdu l-atmosfera ħelwa li rnexxielha toħloq il-Valletta Cultural Agency minkejja l-pandemija.