Sa Issa Ma Hemm L-Ebda Persuni Li Huma Jew Li Kienu Fil-Politika B’Rabta Mal-Qtil Ta’ DCG
Ilbieraħ filgħaxija, il-Prim Ministru Robert Abela f’konferenza tal-aħabarijiet tkellem dwar l-aħħar żviluppi b’rabta mal-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Irrimarka li f’pajjiżna, tabilħaqq tirrenja s-saltna tad-dritt u dak li seħħ ilbieraħ, kien pass ieħor ‘il quddiem biex tingħalaq din il-ferita fl-istorja ta’ pajjiżna.
Spjega kif il-Kabinett irrakomanda li tingħata l-maħfra presidenzjali lil Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu fuq il-qtil tal-Avukat Carmel Chircop sitt snin ilu. Dan wassal ukoll għall-arrest ta’ persuni b’rabta ma’ żewġ omiċidji.
Din il-maħfra presidenzjali ngħatat taħt numru ta’ kundizzjonijiet. Issa l-pulizija intensifikat l-investigazzjonijiet tagħha b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Meta mistoqsi mill-ġurnalisti, il-Prim Ministru Abela spjega kif sa issa ma hemmx persuni li huma jew li kienu fil-politika li kienu nvoluti fil-qtil ta’ Caruana Galizia.
Ritratt: ONE News