Ser Jibdew Joffru Prodotti Sanitarji B’Xejn Lit-Tfajliet

Fi New Zealand se jibdew jingħataw b’xejn prodotti sanitarji għall-period bil-għan li jiġi eredikat dak li qed jiġi msejjaħ bħala ‘period poverty’, li huwa meta persuni bi dħul baxx ma jkunux jaffordjaw jixtru prodotti adatti għall-period.
Dan it-tqassim se jibda’ jsir fl-iskejjel ta’ New Zealand minn Ġunju li ġej wara li l-awtoritajiet fil-pajjiż kienu mħassba li xi studenti nisa qegħdin jaqbżu l-iskola minħabba li ma jistgħux jaffordjaw prodotti bħal tampons u pads sanitarji.
Il-Prim Ministru Jacinda Ardern qalet li waħda minn kull 12-il żagħżugħa fi New Zealand tfalli l-iskola minħabba l-‘period poverty’.
“Iż-żgħażagħ m’għandhomx jitilfu l-edukazzjoni tagħhom minħabba xi ħaġa li hija parti normali tal-ħajja ta’ nofs il-popolazzjoni”, qalet Ardern. Hija żiedet tgħid li din l-inizzjattiva mistennija żżid l-attendenza tal-iskola u tindirizza l-problema tal-faqar.
Din l-iskema se tiswa lill-gvern madwar €15-il miljun.