Ser Jingħalaq L-Aċċess Fl-Għar Tal-Mixta?

 Ser Jingħalaq L-Aċċess Fl-Għar Tal-Mixta?

L-Għar tal-Mixta huwa attrazzjoni unika f’Għawdex u jagħti veduta mpressjonanti tal-Ramla l-Ħamra.

Dan l-għar fl-aħħar snin kiseb popolarita’ akbar b’ħafna u kull meta tmur wieħed dejjem kien jinnota xi Bar-B-Q jew camping.

Jidher li issa xi persuni jew persuni mhux magħrufa poġġew ġebel fit-truf tal-entratura għall-għar u fuqhom kitbu li mhux permessi Bar-B-Q’s u campings. Ħafna jaqblu ma’ dan, imma ħafna qed jistaqsu wkoll jekk dan hux l-ewwel pass biex xi persuni privati jgħalqu l-aċċess għal dan l-għar.

Kumment partikolari fuq il-midja soċjali kien li wieħed jippretendi li sinjali ta’ dan it-tip isiru mill-awtoritajiet u mhux minn xi persuni privati kif inhu allegat li huma dawn is-sinjali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com