Skoss il-quddiem għal Gżira United fl-aspirazzjonijiet u l-isfida għat-titlu

 Skoss il-quddiem għal Gżira United fl-aspirazzjonijiet u l-isfida għat-titlu

RITRATTI – Gżira United Media

Gżira United rebħu l-protest li resqu marbut mad-draw 1-1 kontra Gudja United il-ġimgħa li għaddiet, issa dak ir-riżultat ġie null u Gżira fuq il-mejda ġew mogħtija rebħa ta’ 3-0.

B’hekk il-Maroons minn 38 telgħu għal 40punt fil-klassifika, tnejn anqas minn Hibernians fit-tieni post, erbgħa biss anqas mill-leaders Ħamrun Spartans.

Kollox idur ma l-ineliġibbilta tal-attakkant Brażiljan ta’ Gudja United Sergio Pereira Cruz li daħal bħala sostitut fil-partita inkwistjoni, Gżira ħadu nota, resqu protest l-MFA liema deċiżjoni l-Ħamis wara nofsinhar irriżultat favur tagħhom.

Maroons ikunu fl-azzjoni llejla (l-Ħamis) mir-Round tat-32 tal-FA Trophy kontra Mqabba, nhar il-Ħadd mistennija li jkomplu bl-isfida issa uffiċjali għar-rebħ tat-titlu, jibdew bħala favoriti għat-tliet punti kontra Lija Athletic.

B’din id-deċiżjjoni li bħal dejjem tfissser daqqa amministrattiva f’dan il-każ għal Gudja United, tkompli għalihom is-serje negattiva, issa sofrew ħames telfiet mill-aħħar ħames ħarġiet tagħhom inkluża l-eliminazzjoni lbieraħ mill-FA Trophy wara telfa ta’ 2-1 kontra Valletta, jonqsilhom punt fil-klassifika, jinżlu għal 23, inqabżu minn Valletta u Żejtun Corinthians, dawn tal-aħħar daqshom bi tlieta u għoxrin punt.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com