Sliema u Gżira Kif Mistenni Ma Jfallux

 Sliema u Gżira Kif Mistenni Ma Jfallux

Fit-tieni set ta’ partiti tas-Sibt wara nofsinhar Sliema Wanderers u Gżira United ma jfallux kontra Senglea Athletic u Mosta rispettivament.

Fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali Sliema għelbu lill-Senglea 3 – 1. Kien it-tim mill-Isla li marru l-ewwel fil-vantaġġ permezz ta’ Freud Gnindokponou fil-35 minuta bit-tim ta’ Sliema jġibu d-draw tlett minuti wara permezz ta’ Alex Satariano. L-ewwel taqsima għalqet 1 – 1. Alex Satariano skorja żewġ gowls oħra fit-tieni taqsima preċiżament fil-55 u fil-68 minuta biex ta’ rebħa u tlett punti lill-Sliema f’ġimgħa turbolenti.

Anke fil-Hibernians Stadium Gzira United għelbu lill-Mosta 2 – 1. Ricardo Correa fil-35 minuta poġġa lill-maroons fil-vantaġġ u għaxar minuti wara Bahrudin Atajic għamilhom 2 – 1. Mosta anqsu d-distakk fil-75 minuta permezz ta’ Yelsarmba Naah Divine.

 

Ritratt: MFA

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com