Sospiżi – 3 Logħbiet għal Bonello Jitlef Għada Kontra Birkirkara u Żewġ Partiti Oħra fil-Kampjonat
RITRATT – VallettaFCMedia
Tliet logħbiet sospensjoni għall-goalkeeper internazzjonali Malti Henry Bonello wara t-tkeċċija tiegħu fl-aħħar ħinijiet fir-rebħa 1-0 il-Ħadd li għadda li Valletta kisbu fuq Sirens.
Bonello ġie muri karta ħamra mill-ewwel fl-aħħar ħinijiet tal-partita għal dik li ġiet interpretata bħala ‘violent conduct’ mir-referee tal-partita Etienne Mangion, f’partita nervuża li fiha tkeċċew żewġ players oħra li weħlu partita kull wieħed, Ryan Camilleri ukoll ta’ Valletta u Tamsir Jammeh, attakkant ta’ Sirens.
Lura dwar Henry Bonello, apparti d-dwell mistenni t’għada l-Erbgħa kontra Birkirkara, huwa se jkun nieqes mil-lasti ta’ Valletta ukoll fil-logħba li l-Lillywhites imisshom il-Ħadd li ġej minn MD 21 kontra Santa Lucia u dejjem fil-Kampjonat anke l-logħba ta’ wara kontra Senglea Athletic minn Match Day 22.
Intant players oħra sospiżi partita waħda mill-Kummissarju tad-Dixxiplina huma Eduardo Rosado ta’ Tarxien Rainbows, Igor Misan (Senglea Athletic), Edafe Uzeh (Santa Lucia), Clayton Giordimaina (Lija Athletic), Raphael Dos Anjos (Hibernians), Sacha Borg (Gżira United) u Diego Venancio ta’ Floriana, dawn kollha weħlu sospensjoni ta’ partita waħda.