Tagħmir Ġdid Għal Sport Tal-Karting F’Malta
Is-Sibt li għadda, Island Karting Club, Karting Club Malta u l-Malta Motorsport Federation organizzaw attivita fil-La Reve Racetrack ta Hal Far fejn aktar minn 100 sewwieq tal-karting u uffiċjali oħra tal-motorsport ġeddew jew kisbu l-liċenzja tagħhom għall-ewwel darba. Waqt lis-stess attivita s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Organizzazzjonijiet Volontarji l-Onor. Clifton Grima ppreżenta tagħmir ġdid għall-karting.
Dan it-tagħmir huwa magħmul speċifikament għat-tlielaq tal-karting. Parti mis-sistema se tkun installata fil-kart u partijiet oħra fil-korsa. Iż-żewġ partijiet jikkomunikaw ma’ xulxin biex jipprovdu lis-sewwieqa, it-timijiet u l-organizzaturi l-ħin eżatt li kull kart tku qed tagħmel għall kull dawra. Riżultati preċiżi jiġu stampati awtomatikament mill-istess sistema immedjatament wara kull tellieqa.
L-ispiża ta ’dan it-tagħmir hija ta’ € 24,000, b’€ 20,000 minn dan l-investiment jkunu koperti minn SportMalta.
Duncan Micallef, President tal-Malta Motorsport Federation qal li dan huwa investiment importanti fiż-żgħażagħ tagħna, investiment li ma kienx ikun possibbli mingħajr l-intervent ta ’SportMalta. Dan huwa investiment fit-tfal tagħna. In-numru ta’ tfal li jipprattikaw il-karting kiber sostanzjalment. L-interess fl-isport u l-investiment se jkomplu jikbru tenna Micallef.
Ritratt: Oliver Attard