Tgħaddux Minn Din It-Triq!

 Tgħaddux Minn Din It-Triq!

Fuq il-paġna tagħhom, Infrastructure Malta avżat li mil-lum il-Ġimgħa 26 ta’ Frar, mis-7 ta’ filgħodu sal-Ħadd 28 ta’ Frar f’nofsinhar, Triq il-Fortizza tal-Mosta mhux se tkun aċċessibbli.

Dan għaliex ser jitlesta l-bini mill-ġdid ta’ parti minnha. Tennew li din tista’ tkun magħluqa miż-żewġ naħat minħabba xogħol t’asfalt u linji.

Ħabbru wkoll li se jkun hemm tabelli apposta b’diversifikazzjoni u appellaw lill-pubbliku biex juża toroq alternattivi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com