Tgħid Narawh F’Malta L-Ispettaklu ‘The Masked Singer’?

 Tgħid Narawh F’Malta L-Ispettaklu ‘The Masked Singer’?
The Masked Singer huwa spettaklu kbir Amerikan li sal-lum diġa’ qed issir f’bosta pajjiżi oħra anke fl-Italja fejn kantanti famużi, jinterpretaw kanzunetti iżda b’kostum li bih wiċċhom ikun mgħotti.
Imbagħad, dawn il-Kantanti jgħaddu minn taħt l-iskrutinju tal-ġurija li trid tipprova taqta’ min huma l-artisti. Jippruvaw jaqtgħu skont it-tul tal-persuna, il-karattru u l-vuċi.
Dan l-ispettaklu qabad sew u sar popolari mmens. Min jaf forsi xi darba narawh f’pajjiżna wkoll. Xi ħaġa differenti.
Ara eżempju tal-ispettaklu meta rebħitu Joss Stone li kienet liebsa ta’ zalzett imkebbeb. Tajjeb ngħidu, li Joss Stone ġiet f’Malta u kantat f’bar f’Paceville.

Ritratt: Hello Magazine

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com