“Tħalluhomx Jgħerqu” – Jintilef Il-Kuntatt Ma’ 90 Immigrant F’Periklu Qrib Malta

 “Tħalluhomx Jgħerqu” – Jintilef Il-Kuntatt Ma’ 90 Immigrant F’Periklu Qrib Malta

Matul il-lejl li għadda l-NGO Alarm Phone ħabbret li kien ilha ma tagħmel kuntatt mad-dgħajsa b’90 persuna abbord għal iżjed minn seba’ sigħat waqt li appellat l-awtoritajiet biex ma’ jħalluhomx jgħerqu.

Ilbieraħ Alarm Phone ħabbret li hemm żewġ dgħajjes b’total ta’ 173 immigrant li jinsabu fil-periklu fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta. Alarm Phone qalet li ż-żewġ dgħajjes għandhom 90 u 83 immigrant abbord, rispettivament.

Id-dgħajsa b’90 persuna ilha fil-baħar tlett ijiem wara li dawn il-persuni ħarbu mil-Libja. Id-dgħajsa l-oħra ta’ 83 immigrant ħarbet mil-Libja lbieraħ.

Alarm Phone qalet li l-awtoritajiet ġew infurmati u appellat lill-Forzi Armati ta’ Malta biex isalvaw lil dawn il-persuni mill-aktar fis.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com