Time Trials – Sasha Gatt Tikser Ir-Rekord Nazzjonali Tagħha Stess

 Time Trials – Sasha Gatt Tikser Ir-Rekord Nazzjonali Tagħha Stess

L-Assoċjazzjoni tal-Isport Akwatiku ta’ Malta (ASA) organizzat ir-raba’ Time Trial għall-istaġun 2020/2021 fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq.

F’din il-laqgħa ta’ erba sigħat, 217 għawwiem ir-rappreżentaw tmien klabbs u kkompetew f’14-il avveniment. Il-parteċipazzjoni wriet żieda sostanzjali mill-avveniment preċedenti li sar f’Jannar b’95 għawwiem irġiel u 118 nisa jirreġistraw l-aħjar ħinijiet personali.

Sasha Gatt kienet l-unika għawwiema li kisret rekord Nazzjonali. Il-ħin tagħha ta’ 4:23:33 kien Rekord Nazzjonali kif ukoll dak tal-Age Group D għall-400m freestyle. Hi tejbet ir-rekord tagħha stess li stabilixiet f’Ottubru 2020 b’4.84 sekondi.

“L-ASA hija sodisfatta ħafna bil-wirjiet tal-għawwiema. Malta hija waħda mill-ftit pajjiżi fl-Ewropa fejn għadu qed isir għawm kompetittiv u dawn ir-riżultati huma inkoraġġanti ħafna, ”spjega Joe Caruana Curran, President tal-ASA. “Għawwiema li jiffurmaw parti mill-Iskwadra Nazzjonali dalwaqt se jkollom kamp ta’ taħriġ ta’ altitudni għolja – prattika li se tkun rippetuta matul is-sentejn li ġejjin bi tħejjija għal-Logħob ta tal-pajjiżi ż-żgħar fl-2023” temm jgħid Caruana Curran.

L-Avveniment tat-Time Trial li jmiss huwa skedat li jsir nhar is-Sibt 13 ta’ Marzu.

 

Ritratt: Emvigee PR & Marketing

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com