Tindifa Qrib Iċ-Ċentru Miftuħ u L-Laboratorju Tal-Paċi Minn 50 Volontarju

 Tindifa Qrib Iċ-Ċentru Miftuħ u L-Laboratorju Tal-Paċi Minn 50 Volontarju

Il-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa flimkien ma’ diversi organizzazzjoni volontarji u Ħal Far outreach organizzaw tindifa qrib iċ-ċentru miftuħ u l-Laboratorju tal-Paċi. Il-fuq minn ħamsin persuna ħadu sehem fosthom il-Ministru Għall-Inklużjoni u l-Kwalita tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli, grupp sabiħ ta’ żgħażagħ minn Aġenzija Żgħażagħ, immigranti, il-Community Police, il-komunità Sudaniża kif ukoll grupp ta’ studenti barranin minn NOHA li qed isegwu kors Internazzjonali fl-Azzjoni Umanitarja.

Illum kellna mument sabiħ ta’ kif komunità kapaċi tagħmel kampanji u attivitajiet favur l-inklużjoni qalet il-Ministru Julia Farrugia Portelli permezz ta’ post fuq il-profil tagħha ta’ facebook.

Ġest ħelu mill-Ministru Farrugia Portelli waqt lis-stess attività hekk kif magħha għażlet li tieħu lil binta Eliza.

 

Ritratt: Scott Camilleri

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com