Tirċievi Messaġġi Arroganti Meta Qed Tipprova Tgħin…

Angele Camilleri, kunsilliera fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar li tieħu ħsieb l-qasam soċjali u s-saħħa uriet id-diżappunt tagħha għal uħud min-nies li flok japprezzaw ħidmietha, jagħżlu dak li jixtiequ jieħdu mingħandha, minn dak li joffrulha n-nies biex tgħin. Dan kif jidhru xhieda l-messaġġi li tefgħet fuq il-midja soċjali tagħha.
Però, Angele ħadet ħsieb ukoll issostni li ma nistgħux nitfgħu lil kulħadd f’keffa waħda għaliex hemm ħafna li japprezzaw.
Ehhh kemm irridu nitgħallmu nkunu ftit iżjed prudenti!