Tmut personalita maħbuba fiċ-ċrieki tat-Tim Nazzjonali.. apprezzament minn dawk li ħadmu miegħu

 Tmut personalita maħbuba fiċ-ċrieki tat-Tim Nazzjonali.. apprezzament minn dawk li ħadmu miegħu

Tħabbret il-mewt ta’ Tony Gambin, personalita li għal snin twal kien parti mill-istaff Tekniku u maħbub ferm fiċ-ċrieki tat-Tim Nazzjonali Malti tal-futbol qabel irtira ħames snin ilu.

Għal snin twal Tony kien il-masseur tat-Tim Nazzjonali Malti, ma jonqosx il-ħsieb u apprezzament minn players u nies oħra li fis-snin imgħoddija ħadmu mill-qrib ma’ Tony Gambin.

Id-difensur internazzjonali Malti ta’ Hibernians, Andrei Agius – “Strieħ fil-paċi Tony, kont fortunat li sibt nies bħalek meta bdejt bl-avventura tiegħi mat-Tim Nazzjonali, kliemek dejjem kien ta’ motivazzjoni u appoġġ kbir”.

Anke l-ex goalkeeper tat-Tim Nazzjonali Andrew Hogg qal hekk, “Strieħ fis-sliem Tony, Kont ispirazzjoni għalina lkoll, raġel ferm umli, mimli mħabba, maħbub minn kulħadd u n-nuqqas tiegħek ser jinħass”.

Justin Haber ukoll kien figura prominenti fit-Tim Nazzjonali Malti, fl-aħħar ħin il-goalkeeper ta’ Gżira United dwar Gambin kiteb hekk, “Tony, int l-eroj tiegħi, il-bniedem li dejjem ispirani u mbuttani ‘l quddiem biex inkun il-goalkeeper numru wieħed ta’ pajjiżi. Strieħ fil-paċi għażiż”

Donald Spiteri għal snin twal kien physio ma’ Gambin fl-istaff tekniku tat-Tim Nazzjonali, Spiteri qal hekk, “Grazzi ta’ kollox Tony, Il-memorji jibqgħu f’qalbi għal dejjem.. RIP”.

Anke Mark Piscopo, bħal Gambin qabel, huwa karattru maħbub u popolari ferm fid-dressing room tat-Tim Nazzjonali, il-Kit Manager preżenti tan-Nazzjonal Piscopo ukoll sellem il-memorja tal-mibki Tony Gambin.

… Li ukoll ingħata tislima mill-MaltaFA u ringrazzjament għall-ħidma kbira tiegħu għal snin twal mat-Timijiet Nazzjonali fi ħdan l-Assoċjazzjoni… RIP Tony!!!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com