Tqum Minn Fuq Is-Siġġu Tar-Roti U Timxi Dawra Sħiħa Mat-Trakka Tal-Università
Jeanesse Abela hija mara li għandha l-kundizzjoni tac-cerebral palsy, iżda li minkejja kollox kuljum tara’ kif se tisfida d-diżabilità sabiex tiskopri abbiltajiet ġodda.
B’kuraġġ kbir, ilbieraħ Jeanesse qamet mis-siġġu tar-roti tagħha u mxiet dawra sħiħa mal-ground tal-Università f’16-il minuta.
Illum Jeanesse tefgħet fuq Facebook aktar filmati tagħha timxi hekk kif marret għal mixja oħra ta’ 10 minuti f’Manoel island.
Il-kuraġġ u d-determinazzjoni ta’ din il-mara ma jistgħux ma jispirawkx!