X’Għamlilha Mark Lil Louise Doneo Dalgħodu?
“Qomt għax-xogħol dalgħodu”, kiteb Mark Doneo b’referenza mhux għal ġurnata tax-xogħol tas-soltu iżda għax kellu biċċa xogħol x’jagħmel.
Fir-ritratt li tella’, jidher li kiteb bl-aħmar mal-ħajt tal-bitħa tiegħu: ‘Happy Valentine’ u bews u simboli oħra.
Nispera li jitlaq għax għal Louise ma jkunx Valentinu…
Il-koppja Doneo huma koppja ħelwa u simpatiċi immens. Għalkemm ilhom snin twal fil-midja, qatt ma tkabbru u dejjem baqgħu umli.
Min-naħa tiegħu, Mark Doneo dejjem oriġinali u kreattiv fil-ħsieb tiegħu. Awguri lilkom it-tnejn.