X’Għandu X’Jaqsam Dan Il-Bott Mal-Każi Kollha Tal-Covid-19 Madwar Id-Dinja?
Ir-riċerkatur u matematiku Brittaniku Kit Yates, skopra li bott tal-luminata bħal dan tar-ritratt huwa biżejjed biex jesa’ virus tal-Covid-19 jkun hawn fid-dinja f’mument wieħed.
Huwa wettaq din ir-riċerka fl-Università ta’ Bath u kkalkula li madwar id-dinja, f’mumenti wieħed ikun hawn żewġ kwintiljuni, jew aħjar żewġ biljun biljun partiċella tal-conoravirus (SARS-CoV-2). Huwa uża l-kejl ta’ ‘100 nanometru’ bħala l-kalkolu medju tad-dijametru tas-SARS-CoV-2 u imbagħad ħadem il-volum tal-virus.
Dan il-matematiku wera kif partiċelli daqstant żgħar irnexxielhom jaħsdu ħajjet daqstant nies u jbiddlu l-ħajja kif nafuha ta’ taħt fuq.
Sa issa madwar id-dinja kien hawn 107 miljun każ ta’ Covid-19, u 2.36 miljun minn dawn kellhom effett fatali.
Ritratt: Sky News