X’Ħa Tilbsu Għall-Karnival Ta’ Din Is-Sena?

Kważi kważi, nistennew xi attakk verbali għaliex ktibna titlu hekk. Bħal donnu, għedna n-nies morru xterdu u ffesteġġjaw.
Imma jekk wieħed ikun kreattiv, kapaċi jieħu gost xorta u jkun qed jobdi r-regoli mill-awtoritajiet tas-saħħa fi żmien il-pandemija.
Tista’ tilbes kostum u tkun mal-membri tal-grupp tiegħek li tgħix id-dar flimkien magħhom u xorta waħda tagħmel l-aħjar mill-mument.
Hemm bżonn biss; ir-rieda, il-pożittività u li tipprova tgawdi l-mument.
Għidulna ta’ xhiex se tilbsu? Bilħaqq, tista’ tilbes il-maskra iżjed minn qabel din is-sena… drajnieha sew issa!
Ritratt: Italy Magazine