Xi Tfisser ‘Tim Malta’ Għal Bernard Grech?
F’attivita’ politika fid-dar ċentrali tal-PN, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech ikkummenta dwar il-proposta ‘Tim Malta’ li propona l-Prim Ministru Robert Abela.
Għal Bernard Grech, ‘Tim Malta’ tfisser:-
• li nimxu bil-ħila u meritokrazija
• li ħadd m’għandu jgħix mingħajr saqaf fuq rasu jew b’theddida li se jispiċċa barra f’nofs ta’ triq
• li jkollna ekonomija vibranti, moderna u mibnija fuq ix-xogħol u l-ħiliet tal-Maltin
• li jkollna l-aqwa servizz tas-saħħa u li nkunu ta’ appoġġ tassew u denju lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna
• li nkunu onesti man-nies
• li ssir ġustizzja u ġustizzja fil-ħin
• li nneħħu l-inġustizzjoni u ntejbu l-pensjonijiet
• nieħdu ħsieb lil uliedna u nsaħħu l-valuri li jagħmluna tassew Maltin
• li ħadd aktar ma jinqatel, iweġġa’ jew jiġi diskriminat minħabba l-politika
• li niġġieldu kontra l-korruzzjoni dejjem u kullimkien, ġejja min fejn ġejja
• li ma jkollna qatt aktar Prim Ministru li jirbaħ premju tal-akbar korrott tas-sena
Il-kap tal-oppożizzjoni jsemmi li meta konna magħqudin, waqafna lil min kien ried jinvadi lil pajjiżna u b’hekk ksibna l-Indipendenza, pajjżina sar Nazzjon, sar Repubblika u irnixxilna nerġgħu nakkwistaw id-demokrazzija, ġustizzja, libertà u rnexxielna nidħlu fl-Unjoni Ewopea fejn nistg niddiskutu fuq il-mejda ma kull pajjiż ieħor.
Dwar it-turiżmu Grech jgħid irridu bis-serjeta nsaħħu dan is-settur u biex nagħmlu dan irridu naċċertaw li jkollna l-aċċessibilita għal pajjiżna. Is-salvazzjoni tal-AirMalta hija krucjali u għalhekk appella lil gvern sabiex jagħmel kull sforz biex l-għajnuna statali tkun approvata mill-Unjoni Ewropeja bħal ma sar ma pajjiżi oħra. Grech jgħid li l-PN se jkun qiegħed fuq quddiem biex jgħin lill-gvern Malti sabiex jasal għal konferma ta’ din l-għajnuna. Grech kompla billi ta assigurazzjoni li bi Gvern Nazzjonalista l-piloti li tkeċċew is-sena li għaddiet, jkunu minn tal-ewwel li se jerġgħu jidħlu lura mal-Air Malta.
Il-kap tal-oppożizzjoni ħabbar li jekk il-PN ikun fil-gvern se jraħħas b’20% it-tariffi ta’ matul il-lejl sabiex tiċċarġja karozzi elettriċi. Qal ukoll li l-karozzi elettriċi huma sors ewlieni ta’ kif aħna jkollna arja aħjar. Dan għaliex min juża karozza elettrika qed inaqqas karozza li taħdem bil-fuel tradizzjonali u allura tgħin biex pajjiżna jkollna arja aħjar.