Xogħol Li Ilu Wieqaf U Qed Joħloq Periklu Fil-Wied Ta’ Birkirkara

 Xogħol Li Ilu Wieqaf U Qed Joħloq Periklu Fil-Wied Ta’ Birkirkara
Fuq il-midja soċjali ttellgħu ritratti ta’ xogħlijiet fil-Wied ta’ Birkirkara li mid-dehra, ilhom weqfin mhux ftit.
Dan bil-konsegwenza li qed jinħoloq periklu għal dawk kollha li jkunu għaddejjin bil-mixi f’din il-parti tat-triq fejn minħabba l-imblukkar tal-bankina, ikollhom jgħaddu minn triq mimlija vetturi.
Dan apparti li biex tidħol fil-knisjatal-Konverżjoni ta’ San Pawl li tinsab fil-wied, inħoloq inkonvenjent.
Is-Soċjetà Dun Filippo Borgia stiednet lill-awtoritajiet biex titiieħed azzjoni urġenti fuq din il-bankina filwaqt li semmew ukoll il-fatt, li din il-Knisja għandha bżonn restawr ukoll.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com