“Xokk. Bla Kliem.” – Il-Ministru Justyne Caruana

Wara li lbieraħ b’sogħba ġiet imħabbra l-mewt ta’ Paul John Caruana, missier il-Ministru Justyne Caruana, hija llum għaddiet messaġġ lil missierha permezz tal-paġna tagħha Facebook, filwaqt li stqarret li tinsab ixxukkjata u bla kliem.
“Għada nagħtuk l-aħħar tislima imma int dejjem ħa tkun miegħi bħal ma dejjem kont. Int fejn int naf li ħa tibqa’ tħobbni b’imħabba bla qies. Inħobbok Dad.”, kitbet l-Onorevoli Caruana.