1,031 Imħarrka Wara Li Nqabdu Barra Mingħajr Maskra

 1,031 Imħarrka Wara Li Nqabdu Barra Mingħajr Maskra

1,273 persuna fl-aħħar ġimgħa kienu mmultati wara li nqabdu jiksru r-regoli relatati mal-Covid-19.

Matul il-ġimgħa li għaddiet 1,031 ruħ ġew immultati għax ma kinux lebsin maskra f’post pubbliku. 225 oħra ġew mmultati għax kienu fi gruppi ta’ iktar minn erba’ persuni.

13-il persuna oħra ġew immultati wara li kisru regoli oħra fosthom dawk marbuta ma’ stabbilimenti jew persuni mistiedna f’residenza.

Minn eluf ta’ spezzjonijiet instab ukoll li 4 persuni kienu qed jiksru l-ordni ta’ kwarantina.

Mill-Erbgħa li ġej, se jiġu pprojobiti gruppi fil-pubbliku ta’ aktar minn żewġ persuni, sakemm ma jgħixux fl-istess residenza.

Min jinqabad jikser dan ir-regolament se jiġi mmultat €300.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com