Saqqijiet Motorizzati Mogħtija Lill-Aġenzija Sapport Bħala Donazzjoni

 Saqqijiet Motorizzati Mogħtija Lill-Aġenzija Sapport Bħala Donazzjoni

14-il ‘wheelchair’ u seba’ saqqijiet motorizzati ngħataw bħala donazzjoni lill-Aġenzija Sapport permezz tal-programmi ta’ ċittadinanza u residenza b’investiment.

Ruth Rose Sciberras, il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Sapport, spjegat kif il-‘wheelchairs’ qed jintużaw fiċ-ċentri tal-istess entità, filwaqt li s-saqqijiet motorizzati tpoġġew fid-djar residenzjali għall-persuni b’diżabbiltà.

Is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat tkellem dwar il-ġid li jġib miegħu l-investiment dirett barrani, għax qed iwassal biex il-ġid jasal għand kulħadd.

Dan filwaqt li l-Ministru Julia Farrugia Portelli saħqet li din id-donazzjoni hija turija ċara li l-ġid li qed jiġġenera pajjiżna qed ikun imqassam b’mod ġust u ekwu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com