2 Anzjani Jweġġgħu Gravi Wara Li Ċeda Bihom Is-Saqaf
Żewġ anzjani weġġgħu gravi wara li ċeda bihom is-saqaf tar-residenza fi Triq San Pawl, Tas-Sliema.
L-inċident kien irrappurtat għall-ħabta tal-erbgħa ta’ filgħodu. L-anzjani, raġel u mara ta’ 75 sena, ittieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
L-anzjani nħarġu mid-dar bl-għajnuna tal-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Il-Pulizija tad-Distrett qed imexxu l-istħarriġ.