4 Snin Ilu Tlifna T-Tieqa Tad-Dwejra
Bħal-lum erba’ snin ilu, pajjiżna tilef ikona naturali.
Għal ħabta tal-09:40 tat-tmienja ta’ Marzu tal-2017, iġġarfet it-Tieqa tad-Dwejra.
Dak li ġara dakinhar kien ilu maħsub li se jiġri, tant li kull min kien iżur din iż-żona, kien ikun imwissi biex jevita’ milli jitla’ fuq l-istess Tieqa.
Fil-fatt, matul is-snin naqas sew l-ammont ta’ nies li kienu jazzardaw jagħmlu dan, hekk kif bdiet dejjem tidher iktar evidenti li l-proċess naturali se jwassal biex is-saqaf tat-Tieqa jiġġarraf.
Saħansitra kien hemm perjodu li kull min jimxi jew jaqbeż minn fuq it-Tieqa tad-Dwejra seta’ jeħel multa ta’ €1,500.