“42kg Down… 61kg To Go!” – Alan Abela-Wadge
L-eks-Kunsillier Misidjan Alan Abela- Wadge tella’ żewġ ritratti li juru t-trasformazzjoni li għamel matul dawn l-aħħar 4 xhur.
Huwa qal li sa issa rnexxielu jinżel 42 kilo mill-piż, iżda l-għan tiegħu huwa li jinżel 61 kilo ieħor.
Alan Abela-Wadge huwa eks-Kunsillier Nazzjonalista fl-Imsida, kif ukoll kien kandidat fl-elezzjoni ġenerali tal-2017. Ftit tal-ġimgħat ilu, Abela-Wadge ħabbar li fl-elezzjoni li ġejja mhux ser ikun qed jerġa’ jikkontesta l-elezzjoni ġenerali, hekk kif martu Tiffany Abela-Wadge se tkun qiegħda tagħmel dan il-pass.
“Malta għandha bżonn aktar nisa brillanti fil-politika, u jien furtunat biżejjed li jien miżewweġ mara brillanti. […] Nemmen li Tiffany tista’ tkun Membru Parlamentari aħjar milli qatt nista’ nkun jien”, kien qal Alan Abela-Wadge fuq il-paġna ta’ Facebook.