95% Tat-Telefonati Mwieġba F’45 Sekonda

 95% Tat-Telefonati Mwieġba F’45 Sekonda

95% tat-telefonati li jidħlu fuq il-helplines iddedikati għal dak kollu li għandu x’jaqsam mal-COVID-19 qed ikunu mwieġba f’inqas minn minuta.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal fuq Twitter li kważi l-maġġoranza assoluta ta’ dawk kollha li jċemplu fuq in-numri 145 u 111 qed ikunu mwieġba f’temp ta’ 45 sekonda.

Fearne ħa l-opportunità sabiex jirringrazzja lill-operaturi kollha li qed jaħdmu fuq dawn iż-żewġ linji.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com