Alfred Sant Mhux Se Jikkontesta L-Elezzjoni Tal-Parlament Ewropew Fl-2024

 Alfred Sant Mhux Se Jikkontesta L-Elezzjoni Tal-Parlament Ewropew Fl-2024

Alfred Sant mhux se jikkontesta l-elezzjoni li jmiss għall-Parlament Ewropew.

L-eks Prim Ministru ta’ Malta qal dan meta kien mistoqsi minn Reno Bugeja waqt il-programm ‘Reno Bugeja Jistaqsi’.

Imxandar fuq Facebook, Bugeja rrimarka li l-istqarrijiet ta’ Sant lill-midja ma kinux jinħarġu mill-Partit Laburista, filwaqt li l-preżenza tiegħu fuq il-midja tal-partit kienet kważi ineżistenti.

Għal dan, l-Ewroparlamentari Laburista qal li dawk kienu sinjali ta’ xi ħadd li qiegħed bilmod il-mod jitbiegħed mix-xena.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com