Angelina Jolie Bi Provi T’ Abbuż Domestiku

 Angelina Jolie Bi Provi T’ Abbuż Domestiku

Gazzetti ‘tabloid’ Ingliżi rrappurtaw li Brad Pitt jinsab iddispjaċut hekk kif ġie żvelat li l-eks mara tiegħu Angelina Jolie se tressaq provi t’ abbuż domestiku.

Dan hekk kif bħalissa għaddejja battalja legali bejniethom għal kustodja tat-tfal.

Qed jintqal li ġlieda li allegatament seħħet bejn it-tifel Maddox u Brad fl-2016 waslet biex Angelina ma tkomplix tissaporti, u fetħet kawża l-Qorti, fejn indikat li hi u t-tfal tagħha lesti li jagħtu x-xhieda tagħhom fuq l-allegazzjonijiet imressqa minnha stess.

‘The Sun’ u ‘Daily Mail’ kwotaw lil ‘Page Six’, li spjegat kif sors tagħha qal li Brad Pitt jinsab iddispjaċut li Angelina Jolie ħadet din ir-rotta.

Is-sors żied jgħid li Pitt refa’ r-responsabiltà tal-azzjonijiet tiegħu u saħansitra waqaf jixrob.

Intqal ukoll li ż-żwieġ tagħhom kien wieħed mimli passjoni, u ċertu drabi tossiku wkoll, kellhom il-ġlied iżda anke memorji sbieħ.

Ritratt: Getty Images

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com