“Bażwartuna! Issa Ċapċpulna… Twaħħlux F’Dak U Fl-Ieħor Qabel Taraw Xi Żbalji Għamiltu…”
“Bażwartuna! issa ċapċpulna. Mhux għax iddejjaqna li tirringrazzjawna, imma ma tistgħux tirringrazzjawna mingħar ma tirrispettawna”, kiteb Johan Briffa li xogħlu huwa ta’ ‘Emergency Ambulance Responder (E.A.R.) fl-isptar Mater Dei. Xogħol dawn il-ħaddiema huwa li b’mod immedjat immorru fuq kull sejħa li jirċievu normalment permezz tan-numru 112.
Kompla jgħid: “U ħaġa oħra, toqogħdux twaħħlu f’dak u fl-ieħor qabel taraw xi żbalji għamiltu jew qed tagħmlu.”, filwaqt li fakkar li mingħajr sagrifiċċju fejn aħna ser nibqgħu jew inkella mmorru għall-agħar.
“Issa meta nikkrollaw oqogħdu ibku xortikom. Imbagħad jaf ikun tard wisq.”
Kumment li fih ħsieb qawwi, liema kumment ġab reazzjonijiet b’saħħita minn dawk li ikkumentaw fuq il-profil ta’ Briffa.
Huwa mifhum li fl-aħħar jiem żdied bil-bosta x-xogħol għall-ħaddiema fl-isptar Mater Dei partikolarment f’dawk id-dipartimenti li qedgħin jikkurraw persuni morda bil-Covid19