Bernard Grech Jgħid Li Għandha Tissejjaħ Emerġenza Nazzjonali Fis-Saħħa Pubblika Mill-Iktar Fis

 Bernard Grech Jgħid Li Għandha Tissejjaħ Emerġenza Nazzjonali Fis-Saħħa Pubblika Mill-Iktar Fis

F’Konferenza tal-Aħbarijiet il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech sostna li għandha tissejjaħ emerġenza nazzjonali fis-saħħa pubblika mill-aktar fis. Hu qal dan f’messaġġ lin-nazzjon wara r-rekord ta’ każijiet pożittivi.

Bernard Grech qal li “quddiem il-falliment ta’ Robet Abela, aħna qed ninsistu li immedjatament tissejjaħ emerġenza nazzjonali fis-saħħa pubblika biex b’hekk l-Awtoritajiet tas-Saħħa jingħataw poteri addizzjonali biex jieħu dawk id-deċiżjonijiet li hemm bżonn jittieħdu mill-iktar fis u mingħajr il-bżonn tal-approvazzjoni tal-politiku.”

Huwa sostna li dan għandu jsir sabiex ma jkunx hemm għalfejn jittieħdu miżuri drastiċi oħrajn li kull ma jmur qed isir iktar inevitabbli sabiex tkun tista tigi mrazzna il-pandemija li bħalissa tinsab bla kontroll.

Bernard Grech qal li “din hija kriżi li l-Prim Ministru ġabha b’idejh u ta’ dan irid jerfa’ responsabbiltà.  Ġabha b’idejh għax ma ħalliex f’idejn l-Awtortiajiet tas-Saħħa imma iddeċieda waħdu.”

Grech qal ukoll li l-każi rekord li kienu rreġistrati llum qed iwasslu għal kollass ta’ servizzi tas-saħħa neċessarji… kollass sħiħ fis-settur tal-kura intensiva, fis-swali tal-mediċina u fis-servizzi tal-emerġenza.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com