Bħal Dan Iż-Żmien Sena Kienet L-Aħħar Ġimgħa Normali Qabel Faqqa’ L-Virus

 Bħal Dan Iż-Żmien Sena Kienet L-Aħħar Ġimgħa Normali Qabel Faqqa’ L-Virus

Bħal dan iż-żmien sena, kienet l-aħħar ġimgħa tan-normalità li konna ngħixu qabel daħal il-Covid-19 f’pajjiżna. F’pajjiżna, il-coronavirus ma daħalx kmieni bħal ma daħal f’pajjiżi oħra, fejn konna nisimgħu x’inhu jiġri fl-Italja u Sqallija; pajjiżi ġirien tagħna.

Madanakollu, lkoll konna qed nistennew dan il-mument minn ħin għall-ieħor bl-ewwel każ ikun irreġistrat fis-7 ta’ Marzu 2020.

Tifla ta’ 12-il sena nstabet li kellha sintomi tal-virus wara li kienet ġiet minn Ruma minn vaganza mal-familja tagħha. It-tifla tpoġġiet taħt kwarantina.

It-total ta’ każi sena wara, huwa ta’ 23,226 persuni nfettati u li minnhom fiequ 19,905 persuna. Sa issa kellna 321 mewt.

Ir-ritratt prinċipali juri s-sitwazzjoni f’Malta fis-17 ta’ Lulju 2020 meta kellna biss 3 każi attivi u xejn każi ġodda. Ma kienx jum biss wieħed li ma kien hawn l-ebda każ irrapurtat. Dan anke meta l-ajruport kien ilu miftuħ ħmistax.

Ritratt: Saħħa/ 17 ta’ Lulju 2020

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com