Bħalissa: Keith Schembri u 10 Oħra Jitressqu Quddiem il-Qorti

 Bħalissa: Keith Schembri u 10 Oħra Jitressqu Quddiem il-Qorti

Fil-ħin li ġej Keith Schembri l-eks Chief of Staff tal-ekx Prim Ministru Joseph Muscat ser jitressaq il-Qorti biex jaffaċċja proċeduri kriminali b’rabta mal-każ ta’ allegat tixħim bejn il-kumpanija tiegħu Kasco Group u l-kumpanija Allied Group, li d-Direttur Maniġerjali tagħha kien Adrian Hillman. Il-każ imur lura għall-2008 meta l-kumpanija Kasco Group ngħatat kuntratt minn Allied Group. Kien allegat li Schembri ħallas mas-€650,000 lil Hillman permezz ta’ kumpaniji offshore u kontijiet bankarji oħra.

Schrembri hu wieħed minn 11 li huma mistenijja jitressqu fil-ħin li ġej; disat irġiel u żewġ nisa. Aktar kmieni matul il-jum, hu mifhum li l-akkużati kienu interrogati mill-Pulizija fit-Taqsima tar-Reati Ekonomiċi fil-Ħamrun.

Minħabba restrizzjoni b’rabta mal-Covid-19, l-akkużati ser ikunu qedgħin jintresqu f’żewġ gruppi. Schembri flimkien ma’ martu mistenni jkunu marti mit-tieni grupp.

Il-Maġistrat Charmaine Galea qed tippresedi l-każ li qiegħed jistema f’Awla numru 22.

Fost numru ta’ persuni preżenti fl-awla hemm ukoll iż-żewġt aħwa ta’ Daphne Caruana Galizia flimkien mad-deputati tal-Partit Nazzjonalista Therese Comodini Cachia u Karol Aquilina. Hemm preżenti wkoll l-avukati mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

17:25 – L-Avukati 

Fil-bidu tas-seduta l-Maġistrat staqsiet min huma l-avukati li qedgħin jidru għall-akkużati.

  • Dr Michael Sciriha u Dr Matthew Xuereb qedgħin jidhru għal Manuel Castagna
  • Dr Franco Debono u Dr Amadeus Cachia qed jidhru għal Katrin Bondin Carter
  • Dr Stephen Tonna Lowell qed jidher għal Karl Cini u Brian Tonna.
  • Dr Giannella de Marco qed tidher għal Beverly Tonna (mhux akkużata). Hija qedgħha tidher f’isem waħda mill-kumpaniji akkużati ta’ Brian Tonna.

17:30 – L-Atti ta’ Akkuża

Dawn huma l-akkużi li qedgħin jinġiebu kontra 11-il akkużat;

  • Atti ta’ ħasil ta’ flus
  • Frodi
  • Ksur ta’ dmirijiet ta’ accountants u awdituri
  • Falsifikazzjoni
  • Dikjarazzjonijiet Foloz
  • Assoċjazzjoni ma’ persuni bil-għan li jwettqu att kriminali
  • Xhieda falza
  • Reati marbutin ma’ kontabbiltà

L-akkużi qedgħin jinħarġu b’mod individwali.

L-akkużati kollha li dehru s’issa qedgħin iwieġbu mhux ħatja.

17:55 – L-investigazzjonijiet

L-Ispettur Anne Marie Xuereb qalet li l-investigazzjonijiet bdew f’Mejju 2017 minn rikors li għamel Simon Busuttil, dak iż-żmien Kap tal-Oppożizzjoni. Jidher li l-investigazzjonijiet issoktaw meta ngħalqet l-inkjesta tal-Maġistrat Josette Demicoli fl-1 ta’ Marzu 2021.

18:05 – Il-Prosekuzzjoni toġġezzjonat għall-ħelsien mill-arrest

Fiex xhieda tagħha l-Ispettur AnneMarie Xuereb tgħid li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin, u jinvolvu terzi. Jidher li dan il-kumment kien fost dawk li żvolġa fil-kumplament tas-smigħ, fejn fl-aħħar ħin d-difiża qed tgħid tagħha.

Id-diskussjoni issoktat fuq il-ħelsien mill-arrest tal-akkużati hekk kif il-prosekuzzjoni turi tħassib li l-akkużati jistgħu jaħarbu minn Malta, dan hekk kif wħud mill-persuni imputati għandhom kumpaniji u assi barra minn Malta.

19:00 – Jintemm is-smigħ tal-ewwel grupp 

Wara li fl-aħħar siegħa u nofs id-Difiża u l-Prosekuzzjoni għamlu l-argumenti tagħhom, il-Maġistrat osservat li l-akkużi huma serji ħafna, u caħdet it-talba sabiex jiġu meħlusa mill-arrest, għalhekk l-erba’ akkużati se jinżammu arrestati fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.

19:10 – Jibda’ is-smigħ tat-tieni grupp ta’ akkużati

Jibda’ s-smigħ tat-tieni grupp ta’ akkużati; Keith Schembri, Alfio Schembri missier Keith Schembri, Malcolm Scerri li hu l-Kap Eżekuttiv ta’ Kasco Limited, u Robert Zammit. Għal dawn l-akkużati qedgħin jidhru l-Avukati Mark Vassallo u Edward Gatt. Għal akkużi imresqa kontrihom ilkoll wieġbu mhux ħatja.

Il-qorti laqgħet it-talba biex jiġu ffriżati l-assi kollha tal-akkużati. Dan ifisser li l-akkużati ma jistgħu jmissu xejn mill-assi tagħhom ħlief l-ammont ta’ €13,976 fis-sena. L-istess bħal ma’ ġara fis-smigħ preċedenti, il-Prosekussjoni oġġezzjonat għat-talba tad-difiża għall-ħelsien mill-arrest. Il-Qorti talbet lill-Avukat fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali biex telenka r-raġunijiet għaliex qed tirrifjuta t-talba għall-ħelsien mill-arrest.

20:15 – Jinqata’ l-verdet

Wara li l-maġistrat irtirat mill-Awla biex tħejji l-verdet, ftit tal-ħin ilhu l-Maġistrat Charmaine Galea ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest tal-akkużati. Fost l-akkużati, missier Keith Schembri, Alfio Schembri, li minkejja li hu anzjan, l-Maġistrat saħqet li s-sitwazzjoni legali tiegħu hi identika għal tal-oħrajn.

Bħalissa l-akkużati qedgħin jiġu trasportati lejn il-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin. L-akkużati preċedenti tiġa ittieħdu l-Faċilita’.

20:30 – Tkompli t-tielet parti

Jitressqu żewġ persuni oħra minn grupp ta’ 11-il persuna li llum qed jiġu mixlija b’korruzzjoni u ħasil ta’ flus. Dawn huma Lorraine Falzon u Matthew Pace. Huma wieġbu mhux ħatja tal-akkużi kontrihom bil-qorti tordna l-iffriżar tal-assi tagħhom. L-akkużati huma assistiti minn Dr Mark Vassallo u Dr Edward Gatt flimkien ma’ Dr Ishmael Psaila u Dr Shaun Zammit rispettivament.

Finalment illejla ser jitressaq Vincent Buhagiar ta’ 73 sena, ex Direttur Maniġerali tal-Allied Group. Buhagiar qed jiġi mixli b’ħasil ta’ flus, korruzzjoni, frodi, falsifikazzjoni u li assoċja ruħu ma’ persuni biex jagħmel delitt f’Malta. Għal Schembri qedgħha tidher l-avukat Dr. Veronique Dalli flimkien mal-Avukat Dean Hili.

Vince Buhagiar wieġeb mhux ħati għal akkużi miġjuba kontriħ.

21:50 – L-aħħar verdet tal-ġurnata

Ftit tal-ħin ilhu l-Maġistrat ħarġet mill-awla għall-aħħar deċiżjoni illejla.

22:00 – L-aħħar akkużat meħlus mill-arrest 

Il-Maġistrat tgħid li qieset is-sitwazzjoni ta’ Vince Buhagiar skont l-argumenti miġjuba mid-difiża u laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest b’dawn il-kundizzjonijiet;

  • Ma jistax jitlaq mill-pajjiż
  • Ma jistax jikkuntattja lil nies involuti
  • Ma jistax iwettaq reat
  • Irid jiffirma l-għassa kuljum bejn it-8am u t-8pm
  • Depożitu ta’ €20,000
  • Garanzija personali ta’ €40,000.

Din kienet l-aħħar aħbar minn Awla numru 22.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com