Bidla Importanti Fir-Regola Tal-‘Handsball’

 Bidla Importanti Fir-Regola Tal-‘Handsball’

Il-Bord Internazzjonali tal-Assoċjazzjoni tal-‘Football’ ħabbar li r-regola tal-‘handsball’ se tinbidel mill-ewwel ta’ Lulju.

Il-bidla ewlenija hija li meta jkun hemm ‘handsball’ aċċidentali li jwassal biex plejer tal-istess tim jiskurja jew li jkollu opportunità biex jiskurja, mhux se jibqa jitqies bħala offiża.

Il-leġiżlaturi qalu li mhux kull darba li l-ballun imiss l-id jew id-driegħ huwa offiża.

Ikkonfermaw ukoll li meta l-id u d-driegħ ikunu f’tali pożizzjoni li jagħmlu l-ġisem tal-plejer ikbar minn dak naturali, ir-‘referees’ għandhom ikomplu jużaw il-ġudizzju tagħhom f’termini tal-validità tal-pożizzjoni tal-id jew id-driegħ fir-rigward tal-moviment tal-plejer fit-tali sitwazzjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com