Bil-Filmat: 245 Persuna Fl-Isptarijiet Ta’ Pajjiżna Bħalissa Minħabba L-Covid-19

 Bil-Filmat: 245 Persuna Fl-Isptarijiet Ta’ Pajjiżna Bħalissa Minħabba L-Covid-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci ħabbret li bħalissa hemm 245 persuni fl-isptarijiet ta’ pajjiżna minħabba l-virus tal-covid-19.

Qalet li hemm 34 persuna fl-ITU; imqassmin bejn Malta u Għawdex. Waqt il-konferenza li ssir nhar ta’ Ġimgħa fin-12.30, fakkret ukoll biex nieħdu ħsieb nobdu r-regoli u tenniet li l-proċess tal-għoti tal-vaċċin huwa miexi b’rittmu mgħaġġel.

Sal-lum, ġew mogħtija 113,258 doża tal-vaċċin. illum instabu 283 każ ġdid ta’ persuni bil-covid-19 filwaqt li fiequ 338 persuna.

Fl-aħħar 24 siegħa, mietu 4 persuni; 3 irġiel ta’ 79, 72 u 60 sena u mara ta’ 80 sena li mietu fl-isptar Mater Dei.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com