Bil-Filmat: Drone Ġdid M’Għand DJI Li Tista’ Tara X’Qed Jiġbed Permezz Ta’ ‘Goggles’
DJI għadom kif ħabbru, Drone ġdid FPV (Front Person Viewing). Dan huwa drone hybrid li jikkombina l-perspettiva tal persuna, il-veloċità u l-aġilità tad-drones tat-tlielaq ma drones “normali” bil-camera.
Dan id-drone, għandu muturi b’saħħithom ħafna li jistgħu jleħħqu minn drone wieqaf għal 100kph f’2 sekondi biss waqt li jilħqu veloċità massima ta’ 140kph. Minħabba din il-velocità, dan id-drone jinkludi brejk ta Emerġenza u karatteristika Hover, li jistgħu jiġu wżati fi kwalunkwe ħin biex b’hekk min qed isuq id-drone ikun aktar sigur għalih u għal ta’ madwaru.
Fih ukoll feature ieħor li tippermetti li d-drone jtir lura lejn il-punt ta’ tluq tiegħu jew manwalment anke f’każ li jitlef il-konnessjoni.
L-aktar ħaġa sabiħa ta’ dan id-drone hija li biex issuqu dan, trid tilbes goggles apposta li minnu tkun qed tara dak li qed jara d-drone permezz tal-camera, kif ukol wieħed jista’ jqabbad sa tmien nuċċalijiet (goggles) sabiex aktar nies ikunu jistgħu jaraw dak li jkun qed jara il-pilota.
Ara aktar hawn: