Bil-Filmat: “Ħadd Mhu ‘Untouchable’ U Mhu Se Nħares Lejn Wiċċ Ħadd” – Il-Prim Ministru

 Bil-Filmat: “Ħadd Mhu ‘Untouchable’ U Mhu Se Nħares Lejn Wiċċ Ħadd” – Il-Prim Ministru

Il-Prim Ministru Robert Abela f’intervista televiżiva llum il-Ħadd 28  ta’ Marzu, li xxandret fuq ONE TV, spjega kif il-miżuri li ttieħdu ħallew l-effett meħtieġ. Tenna li issa kif nhar l-Erbgħa li ġej hemm festa pubblika u anke l-festi tal-Għid il-Kbir tħabbru miżuri ġodda li jikkonsistu fi 3 partijiet:

  1. Dik li tolqot lil kull min jasal f’pajjiżna jrid jippreżenta testa negattiv tal-Covid
  2. Ser jitnaqqas l-ammont ta’ persuni fl-ispazju pubbliku minn 4 għal 2 u dan ma jgħoddx għall-persuni li jgħixu fl-istess familja. Il-Multa se tiżdied għal €300. Il-Prim Ministru tenna li ma jixtieqx li noqogħdu nagħtu l-multa imma hija kwistjoni ta’ responsabbilta’ minnha nfusna. Spjega li fit-12 t’April irridu nħabbru l-mod kif se nimxu ‘l quddiem anke fir-rigward ta’ stabbilimenti u skejjel.
  3. Titjir minn pajjiżi fiż-żona l-ħamra se jibqa’ projbit għajr għal vjaġġi ta’ ripatrijazzjoni.

Il-Prim Ministru tenna li anke f’dan iż-żmien ta’ pandemija, f’pajjiżna kien hemm żieda ta’ persuni jaħdmu (full time job).

Il-Prim Ministru Abela tenna li malli sar jaf bil-kuntratt li ngħata, ta’ €5,000 fix-xahar lis-sieħeb tal-Ministru Justyne Caruana, waqqfu b’mod immedjat. Semma kif din ma kinitx l-ewwel darba li ġrat fl-istorja tal-pajjiż imma li jiddistingwi kollox hu, kif iġġib ruħek quddiem każi bħal dawn fejn ħaddieħor kien iħalli kollox taħt it-tapit mentri hu bħala Prim Ministru ħa azzjoni mill-ewwel. “Jien naħdem differenti minn hekk, kull min kien involut fil-kriminalità f’dan il-pajjiż, irid jieħu dak li ħaqqu.”

“Ħadd mhu ‘untouchable’ u dan il-Gvern mhu se jħares lejn wiċċ ħadd, u mhu se nipproteġi l-ħadd mill-każ ta’ DCG l’isfel”, enfasizza l-Prim Ministru.

Tenna l-wegħda tiegħu li ssir ġustizza ma’ kulħadd.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com